Internazzjonali

Aktar mwiet u ħsarat minħabba l-maltempata Eunice

Wara li nħakmu l-Irlanda u r-Renju Unit mill-maltempata bl-isem ‘Eunice’, issa kien imiss li jintlaqtu pajjiżi fit-Tramuntana tal-Ewropa.

Il-maltempata Eunice kompliet turi sniena f’diversi pajjiżi… inkluż il-Ġermanja, l-Olanda u d-Danimarka, bil-pajjiżi msemmija jagħtu ismijiet differenti lil din il-maltempata li qed taħkem lill-pajjiżhom

Fl-Olanda, f’Amsterdam, sissa mietu tliet persuni, li spiċċaw indarbu wara li tqaċċtu diversi siġar kawża tar-riħ qawwi minħabba il-maltemp. Fl-aħħar sigħat il-maltemp fl-Olanda ħakem ukoll ħajja oħra, bir-raba vittma jinstab mejjet wara li baqa dieħel bil-vettura tiegħu f’siġra li ostakolat it-triq.

Fil-Belgju l-maltempata ħalliet diversi ħsarat, kif ukoll mwiet, b’raġel Brittaniku ta’ 79 sena jitlef ħajtu wara li r-riħ imbuttah minn fuq id-dgħajsa tiegħu fejn spiċċa għereq fil-canal Ypres. Dan filwaqt li diversi persuni oħrajn jinsabu midruba minħabba diversi inċidenti li seħħew kawża ta’ dan il-maltemp.

Ħafna pajjiżi għadhom saħansitra taħt allert, hekk kif pajjiżi bħall-Irlanda, l-Ġermanja u d-Danimarka avviżi biex in-nies jevitaw li jivjaġġaw minn stat għal ieħor u jibqgħu fi djarhom. Hemm ukoll twissijiet li jista’ jseħħ għargħar.

L-Uffiċju Materjoloġiku ta’ Londra stqarr li l-maltempata Eunice tixbaħ ħafna lill-maltemp bl-isem ‘The Great Storm’ li kient laqgħat lir-Renju Uniti fl-1987.

Is-similarità bejn dawn il-maltempati tidher li hi t-tip ta’ riħ ‘Sting Jet’. Dawn huma tant b’saħħithom li saħansitra jistgħu jlaħħqu l-veloċita ta’ 122 mil fis-siegħa, sinjal ċar għaliex dan il-maltemp qed jikkawża ħerba sħiħa.