Il-Ġimgħa filagħxija tħabbru s-16-il kanzunetta li irnexxilhom jagħmluha għall-fażi finali tal-Malta Eurovision Song Contest. Dawn ġew magħżula minn sitt membri tal-ġurija kif ukoll mill-vot pubbliku li serva bħala is-seba’ membru tal-ġurija.
Is-16-il kanzunetta finalista huma :
- Shame – Enya Magri
- Heaven – Sarah Bonnici
- Come Around – Matt Blxck
- Boy – Denise Mercieca
- How Special You Are – Norbert Bondin
- Over You – Raquel Galdes Briffa
- Serenity – Mark Anthony Bartolo
- Electric Indigo – Baklava feat. Nicole
- Ritmu – Aidan Cassar
- Army – Janice Mangion
- A Lover’s Heart – Nicole Hammett
- Into the Fire – Nicole Azzopardi
- Hey Little – Richard Edwards
- Revelaciòn – Gaida
- Out of Sight – Emma Muscat
- Look What You’ve Done Now – Miriana Conte
Din l-avventura ma waqfitx hawn ghal kontest wiehed biss minn dawk is-6 li ma rnexxilhomx jghaddu ghall-finali tal-Malta Eurovision. Filfatt il-votazzjoni tal-pubbliku għalaq dalgħodu u ġie mħabbar li Jessika Muscat bil-kanżunetta Kaleidoscope, hija s-17-il kontestanta li rnexxilha tgħaddi ghas-serata finali tal-Eurovision.
Intant.. Ilejla se titħabbar il-kanzunetta rebbieħa li se tirrappreżenta lil Malta fis-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir fil-belt Taljana ta’ Turin. Dan wara s-success tal-grupp Maneskin fl-edizzjoni li ghaddiet.
Fil-25 ta’ Jannar li ghadda, Malta telgħet sabiex tkanta fl-ewwel nofs tat-tieni semi finali, li ser isir il-Ħamis, 12 ta’ Mejju. Fost il-pajjiżi li Malta ser tkun qed tikkompeti maghhom hemm l-Awstralja, Ċipru, l-Irlanda u l-Iżvezja.
Dan filwaqt li l-ewwel semi finali ser jiġi organizzat it-Tlieta, 10 ta’ Mejju …u l-finali ssir s-Sibt, 14 ta’ Mejju.
//= $special ?>