Rowen Camilleri
HIBERNIANS………..2
BIRKIRKARA……….3
Hibernians: M. C. Cremona, F. Apap, L. Almeida, J. Grech (E. Beu 78’), J. Degabriele, D. Vella (J. Zerafa 89’), A. Thaylor (W. Domoraud 67’), A. Agius, G. Artilles (R. Dos Anjos 89’), A. Diakite (A. Muniz 67’), H. Da Costa
Birkirkara: A. Sylla, E. Pepe, L. Montebello, C. Bonanni, C. Attard, N. Bismark(R. Scicluna 73’), O. Carniello, L. Aguirre, K. Bevis (P. Mbong 78’), J. Macedo (E. Ruiz 89’), D. Venancio
Imwissija: D. Venancio 33’, C. Bonanni 65’ (B), A. Agius 46’, L. Almeida 70’, G. Artilles 80’ (H)
Skorjaw: L. Montebello 24’, 83’, C. Attard 42’ (B) F. Apap 48’, H. Da Costa 79’ (H)
Referee: Fydor Zammit
Assistenti Referees: Edward Spiteri u Roberto Vella
Il-Mument Plejer tal-logħba: Jeferson Macedo (Birkirkara)
BOV Plejer tal-logħba: Luke Montebello (Birkirkara)
F’partita mill-isbaħ fl-Istadium Nazzjonali, Birkirkara għelbu lil-leaders Hibernians u resqu viċin tagħhom hekk kif issa jinsabu biss sitt punti ‘l bogħod mill-quċċata. Wara li l-istripes marru żewġ gowls minn fuq fl-ewwel taqsima, Hibernians irnexxielhom jiskurjaw darbtejn u ġabu d-dro iżda gowl mill-plejer tal-logħba Luke Montebello ta tliet punti lil Birkirkara u l-ewwel telfa tal-istaġun għal Hibernians.
Mal-ħames minuti logħob Birkirkara kellhom l-ewwel ċans tal-partita meta pass fit-tul ta’ Venancio sab lil Montebello li minn tarf il-kaxxa dendel kross fil-kaxxa ż-żgħira fuq Biskmark li prova bir-ras iżda l-ballun għadda ftit barra. Fit-12-il minuta Degabriele minn free kick jitfa’ kross preċiż fuq Agius iżda minn ġol kaxxa żgħira l-captain ta’ Hibernians ma’ laqatx il-ballun. Żewġ minuti wara Hibernians protestaw għall-penalty meta Dunstan Vella prova xutt minn barra li deher jaħbat ma’ idejn Pepe iżda Fyodor Zammit ħalla l-logħob għaddej. Birkirkara marru fil-vantaġġ fl-24 minuta. Kien Claudio Bonanni li tefa’ kross mil-lemin fuq LUKE MONTEBELLO li mingħajr ma’ qgħad jaħsibha prova xutt bix-xellug li spiċċa fir-rokna tax-xibka. Minuta wara Jurgen Degabriele prova xutt fil-baxx iżda Sylla laqa’ faċilment. Fis-37 minuta kienu Birkirkara li protestaw għall-penalty meta l-kross ta’ Cain Attard seta’ ħabat ma’ idejn Andre Agius iżda anke din id-darba ir-referee ma’ ra xejn ħażin. Birkirkara baqgħu l-aktar tim organizzat u fit-42 minuta sabu x-xibka għat-tieni darba. Kienet azzjoni mibdijja minn Diego Venancio, li dawwar il-ballun lejn il-captain CAIN ATTARD li avvanza minn nofs u minn tarf il-kaxxa prova xutt fil-baxx li għeleb lil Calleja Cremona u tefa’ lill-Karkariżi f’dillierju ta’ ferħ. Din kienet l-aħħar azzjoni tal-partita u Birkirkara meritatament daħlu jistrieħu żewġ gowls vantaġġ.
It-tieni taqsima bdiet aħjar milli spiċċat għall-Pawlisti hekk kif wara tliet minuti minn free kick ta’ Jurgen Degabriele, FERDINANDO APAP għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lil Sylla u daħħal lil Hibernians lura fil-logħba. Fl-54 minuta Venancio prova xutt minn tliet kwarti tal-grawnd li Sylla kellu jilqa’ b’diffikultà. Mas-siegħa logħob Pepe għal ftit ma’ tefax il-ballun fix-xibka tiegħu stess meta prova jtajjar il-periklu iżda laqat il-ballun ħażin li għadda mħakkek mal-lasti ta’ Calleja Cremona. Fid-69 minuta Jake Grech prova xutt minn barra iżda kien ftit fjakk u spiċċa f’idejn Sylla. Hekk kif Hibernians baqgħu fuq l-offensiva fit-72 minuta Birkirkara qabduhom b’kntratakk b’Macedo jġib lil Montebello waħdu ma’ Callejja Cremona bil-goalkeeper Pawlist jagħmel biċċa xogħol tajba u jtajjar il-periklu. Il-logħba saret aktar interessanti meta fid-79 minuta Hibernians skurjaw il-gowl tad-dro. Is-sostitut Domoraud krossja mix-xellug bil-plejer Apap iżomm il-ballun milli jmur f’goal kick u bir-ras niżżel lejn HUGO DA COSTA li b’lasta vojta tefa’ ġewwa. Il-partita kien għad fadlilha x’tgħatina hekk kif fit-83 minuta Macedo tefa’ ballun fit-tul lejn LUKE MONTEBELLO li bil-kalma kollha żamm il-ballun u spara xutt fis-saqaf tax-xibka li ma ta l-ebda ċans lil Calleja Cremona biex rega’ tefa lit-tim ta’ Andre Paus fil-vantaġġ. Fl-94 minuta ħarba minn nofs il-grawnd ta’ Cain Attard li iżda malli ġie wiċċ imb wiċċ ma’ Calleja Cremona tefa’ barra. Minuta wara fuq in-naħa l-oħra Domoraud iqassam fin-nofs lejn Almeida iżda l-Brażiljan laqat il-ballun ħażin u Sylla laqa’ faċilment. Din kienet l-aħħar azzjoni qabel it-tisfira finali biex Birkirkara rebħu partita diffiċli iżda meritata.
//= $special ?>