Lokali

Ċiklist jitajjar minn vettura f’Ħaż-Żebbuġ

Is-Sibt wara nofsinhar, għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart, ċiklist itajjar minn vettura f’Ħaż-Żebbuġ. Dan il-każ seħħ fi triq l-Imdina, quddiem l-iskola St Dorothy’s.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm Filippin ta’ 33 sena residenti Qormi, u Vann tal-għamla Suzuki Carry, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 72 li joqgħod San Pawl il-Baħar.

Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha m’hiex magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.