Futbol Sport

Gudja United it-tim tal-mument

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Matthias Mizzi

Gudja United…….1

Balzan……………..0

Gudja: G. Zammit, R. Muchardi, A. Friggieri (87’ F. Romero), R. Soares, J. Arthur, G. Mensah (58’ G. Nikabadze), B. Ahinga, J. Bolanos, N. Dzalamidze (73’ L. Cremona), A. Micallef, M. Dias

Balzan: V.Vranes, A. Loof (46’ K. Daniels), M. Grima (72’ N. Frendo), M. Duric, P. Fenech, M. Johnson (87. G. Camilleri), U. Ljubomirac, M. Zlatkovic, M. Mijic, B. Kaljevic (46’ A. Andrejic), S. Cipriott

Imwissija:  19’ G. Mensah, 26’ A. Micallef, 35’ P. Fenech, 68’ M. Zlatkovic, 77’ A. Friggieri, 90+4’ G. Zammit

Skorjaw: 30’ A. Friggieri

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees:  Mitchell Scerri & Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

BOV Plejer tal-Logħba: Uros Ljumbomirac (BLZ)

Gudja United komplew jimpressjonaw meta fl-Istadium taċ-Ċentinarju għelbu lil Balzan bl-iskor minimu ta’ 1-0. Qabel dan il-konfront bejn żewġ timijiet li fil-klassifika kienu jinsabu ma’ xulxin, il-kowċ ta’ Gudja Thane Micallef kien ippreżentat bl-unur tal-Kowċ tax-Xahar għal Jannar.

F’bidu kwiet miż-żewġ naħat, l-ewwel tentattiv lejn il-lasti wasal mat-23 minuta logħob meta Bienvenu Selemani ta’ Gudja rċieva pass u xxuttja mal-ewwel mill-viċin iżda l-konklużjoni kienet waħda ċentrali. F’partita li ż-żewġ timijiet riedu jakkwistaw il-punti biex jittamaw għas-sitt post u salvazzjoni ċerta, gowl ta’ Aiden Friggieri minn barra ‘l kaxxa man-nofsiegħa logħob kien strumentali biex ta tliet punti importanti għall-Gudjani.

Fit-tieni taqsima Balzan ħarġu aħjar biex fil-51 minuta Uros Ljumbomirac waħdu fil-kaxxa ż-żgħira u f’pożizzjonji tajba falla gowl ċert. Balzan komplew jirsistu biex minuta wara kienu sfortunati li ma għamlux l-iskor indaqs meta xutt stupend ta’ Milan Duric stampa mal-wieqfa. Minbarra dawn iż-żewġ azzjonijiet perikolużi, il-ħomor komplew jirsistu biex fil-56 minuta l-goalkeeper ta’ Gudja Glenn Zammit kien f’pożizzjoni perfetta u salva xutt mal-ewwel tas-sostitut Kevin Daniels. L-andament tal-partita kompla b’rimtu għoli, b’Gudja attenti fid-difiża u Balzan aktar fuq l-attakk.