Lokali

Imut Charles ‘City’ Gatt

“Daqqa oħra għall-mużika”, “Halla legat sabiħ” u “Ikonu importanti għal mużika Maltija u l-Jazz”.

Dawn huma d-diversi kummenti li spikkaw fuq facebook, hekk kif aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ Charles “City” Gatt ta’ 77 sena.

Charles Gatt, jew kif kien magħruf aħjar “City” Gatt, kien wieħed mill-aktar percussionists u drummers famużi kemm f’Malta, kif ukoll barra minn xtutna u madwar l-Ewropa, b’kapaċita liema bħala fejn jidħol il-ġeneru tal-‘Jazz’.

Infatti, Charles Gatt b’kapaċita kbira, organizza l-ewwel ‘Malta Jazz Festival’, fejn kompla jservi dan il-festival bħala direttur għal dawn l-aħħar 150-il sena.

Madankollu, Charles “City” Gatt mhux talli kien famuż ma’ diversi ikoni kbar tal-jazz, iżda wkoll mal-istudenti tiegħu fl-Iskola tal-Mużika f’Malta fejn Charles kien ilu jipparteċipa u jgħallem hemmek għal madwar 10 snin.

L-Kapaċitajiet u l-kisbiet ta’ ħajjet Charles Gatt ma jieqfux hawn, hekk kif fl-2018 hu rebaħ il-medalja tad-deheb mis-Soċjeta Maltija tal-Arti, filwaqt li fl-2020 Gatt rebaħ ukoll Premju tal-Kisbiet Matul il-Ħajja mill-Kunsill Malti tal-Arti.

Kif stqarru diversi produtturi tal-mużika bħal Toni Sant u Howard Keith Debono, Charles “City” Gatt żgur li se jibqa mfakkar għal kisbiet tiegħu, kif ukoll għal impatt pożittiv li ħalla kemm fuq l-istudenti tiegħu, kfi ukoll fuq il-kultura Maltija.

Tags