Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għall-kampjonat tal-klassi Bronze

Kenneth Vella

Is-seba’ laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott saret is-Sibt wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din il-laqgħa tat il-bidu għall-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dan permezz ta’ erba’ heats li minnhom sittax -il żiemel għaddew għas-semifinali.

Fl-ewwel heat, Defi D’Havane (James Carabott) iddomina tul id-distanza biex akkwista l-ewwel rebħa f’Malta. Attakk mibdi dawra mit-tmiem wassal lil Festin d’Avenir (Dylan Baldacchino) biex ukoll jieħu l-ewwel rebħa stagjonali fit-tieni heat. Fit-tielet heat, Franciz ieħor, Diam Orange (Jesmar Gafa’) ukoll kien il-ħin kollu quddiem. Dragon De Bellouet (Mario Fenech), li kien għal ħafna ħin quddiem waqt ir-raba’ heat ċeda kollox fl-aħħar metri meta nqabeż mid-debuttant Fils Du Soir (Charles Camilleri) li ħa l-ewwel rebħa f’Malta minn Éclair Winner (Salvu Vella).

Ir-rebbieħa kollha

I Tigrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) Ħin – 3.26.4” (1.18.2”) 2. Himitri Star (C. Farrugia) 3. Ficelujando (M. Debono) 4. Gringo Du Biset (W. Cutajar)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Best of Morchies (D. Gatt) Ħin – 3.31.4” (1.20.1”) 2. Ramon Dekkers (W. Galea) 3. Caline De Mai Capo (R. Gatt) 4. Darius Du Pouget (P. Galea)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bellina De L’Odon (J. Gafa’) Hin – 3.23.3” (1.17”) 2. Beatnik Turgot (R. Gatt) 3. Edson Boko (Ch. Degiorgio) 4. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo)

IV Tigrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Defi d’Havane (J. Carabott) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Estak Gentil (R. Gatt) 3. Gladiateur Flower (T. Tanti) 4. Drole De Destin (J. Said)

V Tigrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Festin d’Avenir (D. Baldacchino) Ħin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Hydra De L’Erdre (R. Gatt) 3. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) 4. Rose Lloyd (D. Farrugia)

VI Tigrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Diam Orange (J. Gafa’) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Doora (Cherise Farrugia) 3. Tyra I.H. (C. Bartolo) 4. Look Twice (K. Galea)

VII Tigrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fils Du Soir (C. Camilleri) Ħin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Éclair Winner (S. Vella) 3. Emeraude Du Desert (D. Gatt) 4. Dragon De Bellouet (M. Fenech)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Cekito De Jupilles (R. Magro) Ħin – 3.24.1” (1.17.3”) 2. Samson Ris (D. Gatt) 3. After Eight (R. Gatt) 4. Asko Giant (C. Camilleri)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Elios Noe (R. Magro) Ħin – 3.25.4” (1.17.8”) 2. Fast Loulou (M. Fenech) 3. Mystic Accident (C. Camilleri) 4. Wise Wind (R. Gatt)