Lokali

Jinqabdu €44,880 mhux iddikjarati fid-Dwana ta’ Malta

Il-Kelb tas-Sigurta tad-dwana bl-isem Charlie interċetta t-total ta’ €22,590 ta’ flus kontanti, li ma’ kienux rreġistrati, fid-departure lounge tal-MIA.

Il-Kelb Charlie irrejaġixxa b’mod pożittivi meta għaddew minn ħdejħ żewġ passiġġieri mill-Marokk li kienu beħsiebhom li jsiefru lejn it-Turkija. Wieħed mill-passiġġieri kien qiegħed jġorr it-total ta’ €11,690, filwaqt li l-passiġġier l-ieħor kellu l-ammont totali ta’ €10,900.

Aktar tard instabu €22,290, li ma kienux iddikjarat, fuq żewġ passiġġieri Maltin li kienu beħsiebhom jivjaġġaw lejn Sqallija. Il-flus instabu waqt ‘spot check’ mill-ħaddiema tad-Dwana, bil-konsegwenza li jinstabu €11,145 bejn iż-żewġ passiġġier.

L-4 passiġġieri ammettew għall-akkużi tagħhom u laħqu arranġament barra mill-Qorti, fejn saħansitra kellhom jħallsu multa għall-azzjonijiet tagħhom.

Tags