Lokali

L-MSPCA jappellaw lill-Awtoritajiet sabiex jgħinu lill-dak il-persuna li jinsab bla saqaf fuq rasu

Is-Soċjetà Maltija għall-Ħarsien u l-Kura tal-Annimali qed titlob l-għajnuna għal dak il-persuna li jinsab mingħajr saqaf fuq rasu u ta’ kuljum matul il-lejl, qiegħed jorqgħod barra s-shelter tal-annimali.

F’post imtella’ fuq il-media soċjali, is-Soċjetà Maltija għall-Ħarsien u l-Kura tal-Annimali saħqet li għalkemm pruvaw jagħmlu kuntatt għal diversi drabi mal-awtoritajiet, is-sejħa għall-għajnuna waqgħat fuq widnejn torox.

“Il-missjoni ewlenija tas-Soċjetà Maltija għall-Ħarsien u l-Kura tal-Annimali hija li nsibu dar għal dawk l-animali li jinstabu abbandunati .. iżda din id-darba qed nitolbu lill-awtoritajiet sabiex jisimgħu l-karba umana għall-għajnuna ta’ dan il-persuna li qiegħed verament fil-bżonn”, saħqet l-MSPCA.

Fl-aħħar tal-post, l-MSPCA kkwotaw il-famuża kwotazzjoni ta’ Nelson Mandela fejn tgħid li l-liberta’ ma tagħmilx sens għal min m’għandux x’jiekol, għal min m’għandux saqaf fuq rasu, u għal min hu illiterat u marid.”