Futbol Sport

Milan miżmuma minn Salernitana

(Ritratt: EPA)

Milan kienu miżmuma minn Salernitana fi draw ta’ 2-2. Kien Junior Messias li poġġa lil Milan fil-vantaġġ wara ħames minuti b’Federico Bonazzoli jġib l-iskor indaqs fid-29 minuta. Milan Djuric poġġa lil Salernitana fil-vantaġġ fit-72 minuta filwaqt li Ante Rebic salva punt għal Milan.

Roma wkoll kienu miżmuma fi draw, din id-darba minn Verona. Verona fetħu vantaġġ doppju permezz ta’ Antonin Barak u Adrien Tameze b’gowls fil-ħames u l-għoxrin minuta. Ir-rimonta ta’ Roma bdiet fil-65 minuta permezz ta’ Cristian Volpato, b’Edoardo Bove jġib l-iskor indaqs fl-84 minuta.

Sampdoria kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Empoli biż-żewġ gowls ikunu skorjati minn Fabio Quagliarella fl-14 u d-29 minuta.