Lokali

Miriam Dalli skomda twieġeb dwar Jason Farrugia

Il-Ministri fil-Kabinett ta’ Robert Abela għal xi raġuni qed jibqghu skomdi ferm biex iwieġbu dwar Jason Farrugia, l-eks Kap tal-Customer Care tal-Eks Ministru Konrad Mizzi, li issa jinsab impjegat mal-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela.

Farrugia sar wieħed minn dawk li jpappiha sew taħt il-Labour meta Konrad Mizzi kien ingaġġah għall-ewwel darba mal-Gvern, fejn Farrugia kien ġie sekondat mill-Korp tal-Pulizija sabiex jaħdem għall-eks Ministru u eks star candidate Laburista.

Minn hemm, Jason Farrugia jidher li nżamm f’positions of trust mal-Gvern, ilkoll kemm huma mħallas minn fuq it-taxxi tal-poplu.

U wara li Net News staqsa lill-Ministru Carmelo Abela dwaru, bir-reazzjoni tiegħu kienet waħda li bosta analisti politiċi ma setgħux jispjegaw.

Net News staqsa lill-Ministru Miriam Dalli jekk tafx lil Jason Farrugia, aktar u aktar minhabba l-fatt li hi kienet taħdem ma’ Konrad Mizzi fl-eqqel tal-iskandlu tal-Panama Papers.

Ta’ min wieħed jinnota li malli saritilha mistoqsija sempliċi dwar Farrugia, l-ewwel marret fuq id-difensiva, u mbgħad ma kellix triq oħra ħlief li tikkonferma s-sewwa magħruf.

Mistoqsija jekk taħsibx li l-Gvern ta’ Robert Abela qed jimxi b’governanza tajba billi jagħti aktar minn impjieg wieħed lil persuni mħallsa l-eluf mit-taxxi tal-poplu, hija għażlet li ma tikkumentax dwar dan… u minflok baqgħet għaddejja bin-narrattiva ta’ attakki partiġġjani.

Madanakollu, meta kienet mistoqsija jekk hux normali li Ministru ma jkollux idea ta’ x-xogħol jaħdem person of trust mal-Ministeru tiegħu.

Miriam Dalli, viżibilment skomda, farfritha fuq il-kollega tagħha.

Tags