Futbol Sport

Rebħa oħra għal Marsa f’logħba emozjonanti

Chris Cassar

SENGLEA A. …………………… 3

MARSA …………………………. 5

Senglea A: M. Falzon, J. Kind, L. Bonett, J. Sultana, L. Grech, M. Zarb, A. Tenorio, O. Magro, L. Mancuso, M. De Lucena Guariento, N. Grech.

Marsa: A. Cassar, G. Virano, R. Fenech, L. Brincat, S. Arab, S. Bezzina, C. Gatt Baldacchino, A. Scicluna, G. Mckay, A. Samb, V. Alinho.

Marsa kisbu rebħa oħra biex komplew l-isfida tagħhom għall-promozzjoni meta f’logħb spettakolari għelbu lil Senglea 4-3 wara li fl-ewwel taqsima kienu anki 3-1 minn taħt. Dan ir-riżultat hu daqqa ta’ ħarta oħra għal Senglea li jkomplu jaraw il-pożizzjoni taghom fin-naħa t’isfel issir iktar iddisprata.

Wara appena żewġ minuti Marsa fetħu l-iskor b’azzjoni tajba fuq ix-xellug ta’ Bezzina li qassam għan-nofs fejn Virano minn qagħda tajba spara fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.

Iżda ħames minuti wara Senglea kisbu d-draw meta kien hemm nuqqas ta’ ftehim fid-difiża ta’ Marsa bejn il-goalkeeper u Scicluna u ħataf l-opportunita’ Tenorio li skorja f’lasta vojta. Fis-16-il minuta Tenorio fil-kaxxa kien imwaqqa’ minn Gatt Baldacchino bir-referee jordna l-penalty li minnu De Lucena Guariento ma żbaljax b’xutt fil-baxx.

Fil-21 minuta Senglea sfortunati meta freekick ta’ Mancuso ħabat mal-lasta u minuta wara De Lucena twaqqa’ mill-goalkeeper Cassar bir-referee jordna t-tieni penalty u għal darb’oħra De Lucena Guariento ma żbaljax b’xutt fil-baxx.

Fil-35 minuta Marsa mill-ġdid fil-logħba meta kellna t-tielet penalty tal-logħba wara fawl fuq is-sostitut Ryan Darmanin u mill-11-il metru Amadou Samb ma żbaljax.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Marsa dawwru r-riżultat b’żewġ daqqiet ta’ ras stupendi ta’ Luca Brincat għal gowl isbaħ mill-ieħor, gowls fi spazju ta’ sekonda bejn is-56 u s-57 minuta. Marsa baqgħu jattakkaw u fid-90  minuta kien Siraj Arab li għalaq il-logħba bil-ħames gowl.

MQABBA……………………. 0

MARSAXLOKK …………….. 2

Mqabba: C. Abdilla, J. Briffa, A. Cilia Mumford, N. Falzon, F. Hounkpe, J. Attard, J. Azzopardi, L. Mijic, J. Busuttil, J. Vella Critien, R. Melo Costa.

Marsaxlokk: F. Tabone, B. Scerri, I. Zammit, J. Gill Cruz, A. Caseres, T. Vella, X. Cappellino, P. Xuereb, E. Vella, N. Micallef, R. Tonna.

Referee: Glen Tonna

Marsaxlokk għelbu lil Mqabba 2-0 b’doppjetta ta’ Caseres li skorja gowl f’kull taqsima. Il-logħba kellha żewġ uċuħ fejn Mqabba kienu aħjar fl-ewwel taqsima iżda ftit li xejn kienu konkreti quddiem il-lasta, tant li saħansitra fallew penalty wara biss erba’ minuti.

Fit-tieni taqsima l-andament kien differenti bix-Xlukkajri jikkontrollaw il-logħba mingħajr diffikulta u kwarta mit-tmiem għalqu l-logħba bit-tieni gowl.

L-ewwel azzjoni minn Marsaxlokk fejn Terence Vella għadda tajjeb lejn Caseres li minn qagħda angolata impenja lil Abdilla li wettaq save tajjeb. Fir-raba’ minuta ħarba tajba Melo Costa li kif daħal fil-kaxxa twaqqa’ minn Gill Cruz, bir-referee jordna l-penalty iżda mill-11-il metru l-istess Melo Costa ra x-xutt fjakk tiegħu salvat minn Tabone.

Fl-20 minuta Marsaxlokk fetħu l-iskor meta l-goalkeeper Abdilla salva kif set’a xutt bomba ta’ Cappellino u ir-rebound Caseres kompla għal ġewwa bir-ras mill-viċin. Mqabba wettqu reazzjoni iżda ftit kienu perikolużi.

Fit-tieni taqsima Marsaxlokk kienu f’kontroll assolut tal-logħba u għal ħafna ħin kienu fuq l-attakk. Kwarta mit-tmiem Marsaxlokk għalqu l-logħba bit-tieni gowl meta minn azzjoni ta’ freekick kien Caseres li daħal tajjeb u spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.