Artiklu: Stewart Said
“Dejjem emmint fit-tim il-ġdid li għandna, tim ġdid għax tim żagħżugħ. In-nuqqas ta’ Jerome, Stevie u Aurelien Cousin li kien magħna fis-snin ta’ qabel. Għal dan it-tim, kellna tim b’saħħtu, tim magħqud, għadu żgħir u veloċi.” Kliem l-iktar plejer ta’ esperjenza f’dan it-tim nazzjonali Matthew Zammit.
Ix-Xellugi kien il-captain tat-tim nazzjonali għal dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni fl-assenza ta’ Stevie Camilleri. Zammit qatt ma kellu ħsieb li t-tim Malti seta’ jeħel f’din il-fażi ta’ kwalifikazzjoni. Hu jemmen li sakemm it-tim ikun magħqud u ma jilgħabx individwalment, ir-riżultat se jasal.
Il-plejer ta’ San Ġiljan fl-aħħar jiem kien indeċiż jekk ikunx parti mill-iskwadra Maltija iżda tenna l-kuntentizza li jinsab f’tim li għalkemm hemm diversi plejers żgħażagħ fih, kollha huma plejers maturi.
//= $special ?>