Futbol Sport

Telfa minima għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa

(Ritratt: MFA)

Malta……………….0

Marokk…………….1

Malta: P. Ebejer; A. Said (M. Farrugia 46′), E. Lipman, S. Farrugia, D. Theuma (F. Chircop 79′), R. Cuschieri, A. Sultana (E. Xuereb 46′), C. Zammit, B. Borg (S. Zammit 46′), N. Sciberras, H. Bugeja

Marokk: K. Errmichi; Z. Redouani, S. Boukhami, G. Chhiri (S. Fikri 35′), H. Elhaj, G. Chebbak, S. Amani, N. Badri (E. Nakkach 82′), I. Saoud (S. Hassani 67′), S. Mssoudy, R. Ayane

Referee: M. Ennsgraber

Fit-tieni partita mill-Visit Malta Women’s Trophy it-tim nazzjonali Malti kien megħlub mill-Marokk bl-iskor ta’ 1-0. It-tim Malti kellu prestazzjoni pożittiva iżda dan ma kienx biżejjed.

Il-gowl deċiżiv wasal fis-27 minuta meta, il-winger Sanaa Mssoudy daħlet fil-kaxxa u kkonkludiet wara Ebejer.

It-tim Malti jilgħab l-aħħar partita ta’ dan it-tournament nhar it-Tlieta fit-Tony Bezzina Stadium kontra l-Moldova.