Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius u mid-Deputat Maria Deguara ingħataw dettalji ta’ aktar proposti li se jgħinu lill-familji jieħdu ħsieb l-anzjani fid-dar stess. Dawn l-aħħar proposti jiffurmaw parti minn kullana ta’ proposti li qed joħroġ il-PN għall-anzjani.
• 15,000 dħul bla taxxa
• Sa 288euro fil-ġimgħa allowance għal kura fid-dar
• 64eur tnaqqis fil-kera tal-meters tad-dawl u l-ilma
• Mediċini li għandek bżonn
• Internet għall-anzjani kollha
Fl-ewwel mitt jum ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista’ dawk li jkomplu jaħdmu wara l-eta’ ta’ l-irtirar ma jħallsu l-ebda taxxa fuq pensjoni kif ukoll fuq dħul sa 15,000 euro minn xogħol jew introjtu ieħor li jdaħħlu barra l-pensjoni. Dan biex nippromowvu anzjanità attiva u niżguraw livell ta’ għixien u stil ta’ ħajja aħjar għall-anzjani f’pajjiżna.
Hemm 18,700 persuna ġo pajjiżna li ser titnaqqsilhom t-taxxa sostanzjalment b’din il-miżura. Bil-PN fil-Gvern jaqbillek kemm għal tmexxija għaqlija kif ukoll għall-but u l-istil ta’ ħajja tiegħek.
Dan qaluh il-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius flimkien mal-Kelliema għall-Anzjani Maria Deguara f’messaġġ għall-media mill-pjazza tan-Naxxar.Irridu naħdmu b’saħħa biex l-anzjani tagħna jkun inċentivati jibqgħu jagħtu kontribut fil-komunitajiet tagħna u fil-familja.
Għal dan ukoll, qed nipproponu li nirdoppjaw l-għajnuna eżistenti biex il-familji jgħinu lill-anzjoni tagħhom bilġkura fid-dar, fejn l-allowance għal persuni mobbli (Carer Allowance) tiżdied għal €192 fil-ġimgħa u dik ta’ l-Assistenza għal Carer Miżjuda (persuna bed-ridden) għal €288 fil-ġimgħa.
Maria Deguara spjegat kif dan ser ikun qed japplika kemm għall-anzjani kif ukoll persuni b’diżabilita’ severa biex b’hekk inkunu qiegħdin nagħtu l-appoġġ xieraq lil dawk il-familjari li jagħżlu li jieħdu ħsieb lil dawk l-aktar vulnerabbli fil-familja tagħhom.
Illum hemm madwar 1,500 persuna li tibbenifika minn dawn l-għajnuniet. Jekk dawn l-allowences kważi jirdoppjaw l-ispiża għal proposta tas-CRA tleħħaq €1.5 miljun waqt li dik tal-ICRA tleħħaq madwar €11.5 miljun li iżda ser ikunu ffrankati mill-ispiża ċentrali fuq id-djar tal-anzjani.
Dr Deguara spjegat li Gvern ġdid Nazzjonalista jidħol għan-nefqa’ sħiħa ta’ full time carer at home sa massimu ta’ €12,000 fis-sena għall-anzjani u persuni b’diżabbilita’ serja f’dawk il-każi fejn is-servizz ikun jimmerita u meħtieġ tul l-24 siegħa, l-ġimgħa kollha.
Minbarra dan, Gvern ġdid Nazzjonalista ser jara li jgħin b’mod konkret lill-anzjani kollha bil-piżijiet tal-għoli tal-ħajja billi b’mod immedjat inaqqas b 64 euro fis-sena (50%) l-kera tal-meters tad-dawl u l-ilma lil-households kollha fejn hemm reġistrat ta’ l-anqas pensjonant wieħed biex jagħmel tajjeb għall-parti minn nefqa għall-kera tal-meters rispettivi.
Peter Agius u Maria Deguara spjegaw kif minn din il-miżura ser jibbenefikaw madwar 56,000 household.
Naraw ukoll li l-anzjani li għandhom dritt għal mediċini b’xejn u li għandhom bżonn jixtru mediċini li ma jinstabux fuq il-formolarju jew għaliex dawk provduti mill-Gvern ma jkunux jaqblu magħhom, ser jingħataw lura persentaġġ (rebate) fuq il-ħlas tal-mediċini li jixtru, ekwivalenti għall-prezz tal-mediċina ekwivalenti li jixtri l-Gvern. Dan isir wara aċċertament kliniku li t-talba hija ġustifikata.
Irridu wkoll li l-anzjani tagħna jkunu aktar konnessi mal-familja u mal-komunit anake b’ mod diġitali. Għalhekk Partit Nazjonalista’ fil-Gvern ser jinċentiva lill-provdituri ta’ l-Internet biex dawn iniżżlu l-ispiża bażika tas-servizz ta’ Internet fid-djar ta’ l-anzjani kollha għal €5 fix-xahar sabiex b’hekk jiġu inċentivati jużaw din it-teknoloġija dejjem aktar. Gvern ġdid ser jaħdem ukoll ma’ NGOS’s u għaqdiet oħra biex jinċentiva u jwaqqaf helpline iddedikat biex jiggwida lill-anzjani fl-użu ta’ dan is-servizz u biex jagħti gwida lill-anzjani fuq id-diversi applikazzjonijiet u servizzi li jistgħu jaċċessaw.
Attwalment, 60% ta’ l-anzjani għadhom m’humiex jużaw din it-teknoloġija u għaldaqstant l-iStat għandu obbligu li jagħti l-għajnuna kollha biex jgħinhom jaċċessaw u jużaw dan il-mezz ta’ kommunikazzjoni li jista’ jikkontribwixxi biex titnaqqas is-solitudni.
Il-kelliema spjegaw kif dawn il-proposti huma riżultat ta konsultazzjoni ma diversi entitajiet dedikati għall-anzjani fostom l-Apan u KNA u KNP u oħrajn u tal-ħidma fil-Clusters tal-PN. Il-Partit Nazzjonalista impenjat li jwettaq bidla li taqbel lilek jekk inti anzjan, jekk inti ħaddiem, żgħażugħa jew self-employed u ser ikompli jagħmel dan bi proposti immirati u studjati bir-reqqa li ser iwettaq flimkien miegħek hekk kif jiġi fdat bit-tmexxija ta’ pajjiżna.
//= $special ?>