Internazzjonali Lokali Qorti

Żagħżugħ ta’ dixxendenza Maltija fost ħamsa mixlija li qatlu raġel f’Wales

Tawħ daqqiet ta’ sikkina f’tentattiv biex jisirqulu basket tad-ditta Gucci

Żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Wales, u ta’ dixxendenza Maltija, xehed fil-Qorti ta’ Cardiff dwar omiċidju ta’ raġel ta’ 26 sena b’daqqiet ta’ sikkina. Lewis Aquilina u erba’ żgħażagħ oħra qed jiġi mixlija li qatlu lir-raġel biex jisirqulu baskett tad-ditta Gucci.

Aquilina, li jgħix ir-Renju Unit qed jiġi mixli b’dan id-delitt flimkien ma’ Ethan Strickland ta’ 19-il sena, Kyle Rasis, 18, Elliot Fiteni, 20, u Joseph Jeremy, ta’ 18-il sena. Huma qed jiċħdu akkużi ta’ qtil, qtil involontarju u serq. Lewis Aquilina, fix-xhieda tiegħu l-ġimgħa l-oħra ammetta li huwa ħalliel tal-karozzi, u qal li pprova jwaqqaf l-attakk billi ta daqqa ta’ sieq f’irkoppa u fil-qasba ta’ sieq Joseph Jeremy,, hekk kif dan attakka lil Ryan O’Connor (ritratt).

O’Connor ingħata daqqiet ta’ sikkina fil-qalb u fil-pulmun minn attakkanti li ppruvaw jisirqulu l-baksett Gucci fl-10 ta’ Ġunju fi Newport. Aquilina qal lill-ġurija li Jeremy ta bis-sikkina lil O’Connor, u ċaħad li hu ta bis-sikkina. Qal li ma għen bl-ebda mod jew li ħeġġeġ l-attakk.

Żied jgħid li hu ma kellux sikkina. Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena madankollu ammetta li huwa ħalliel tal-karozzi u li kien qed isuq karozza li fiha kien hemm l-akkużati l-oħra fil-lejl li fih inqatel b’mod brutali O’Connor. Huwa qal lill-ġurija li kien libes balaklava waqt li kien f’karozza misruqa għax ma riedx jiġi identifikat.

Aquilina qal li ħareġ mill-karozza fi Newport għax kien ra vettura tal-pulizija u ma riedx ikun konness ma’ karozza misruqa. Qal li f’dan il-punt ra lil Jeremy joħroġ ukoll mill-karozza. Huwa qal fil-Qorti,”rajtu jiġri wara żewġ żgħażagħ u mbagħad jattakka lil Ryan O’Connor b’sikkina.”

Marru biex jixtru d-droga
Huwa qal ukoll lill-ġurija li kien Newport flimkien ma’ Elliot Fiteni biex jipprova jbigħ il-karozza misruqa u li ma kien hemm l-ebda pjan biex jisirqu xi ndividwi. Qal li t-tlieta l-oħra fil-karozza kienu marru flimkien jixtru d-droga. Fix-xhieda tiegħu aktar kmieni din il-ġimgħa l-oħra, Jeremy qal li kien baqa’ fil-karozza filwaqt li Aquilina u Fiteni ħarġu mill-karozza u attakkaw lil O’Connor.

Aquilina qal lill-ġurija: “Le, kien Jeremy li ħareġ u fil-fatt sema’ lil Jeremy jgħajjat “you come over here”. Qal li rah jiġri wara O’Connor. Huwa qal li Jeremy kien qed “ixejjer b’id waħda”. Aquilina qal lill-ġurija li ġera lejn Jeremy “għax ridt inwaqqaf dak li kien qed jagħmel”.

Huwa qal li rah jitbaxxa u jagħti bis-sikkina lil O’Connor. “L-ewwel ħaġa li ġietni f’moħħi kienet li nagħti daqqa lil Jeremy biex inwaqqafu. Niftakar li rajt għajnejh imwaħħla fuq il-vittma, u meta kont qed ngħidlu biex jieqaf, ma kienx qed jirrispondi”.

Ix-xhud iddeskriva l-azzjoni bħala “selvaġġa u bla kontroll” u pprova jagħtih bis-sieq f’saqajh biex iwaqqfu. “Meta ilqatt lil Jeremy, dan waqaf jiffoka fuq il-vittma u dahar u għolla ssikkina tiegħu lejja.” Huwa qal lill-ġurija li ġera lura lejn il-karozza għas-sigurtà tiegħu stess.

Wara l-attakk, Aquilina qal lill-ġurija li daħħal lil Jeremy fil-karozza “jidħak u qal li kien eċċitati. Huwa kien ‘hyped’ qisu din kienet kollha ċajta kbira”. Lil-ġurija ngħad li wieħed mill-akkużati l-oħra saq il-karozza u kellu jdur wara li daħal f’’dead end’.

Meta reġgħu għaddew mill-post tal-attakk, Aquilina qal li ried joħroġ u jgħin lil O’Connor, iżda qal lill-ġurija li Jeremy beda jidħak u jgħajjat mill-karozza. Huwa qal lill-ġurija: “Jien ridt ngħin liż-żagħżugħ, iżda Joseph Jeremy seta’ potenzjalment jattakkah għat-tieni darba, jekk mhux lili.” Il-ġuri jkompli