Elezzjoni 2022 Lokali

Biljun ewro biex jinħolqu 10 setturi industrijali ġodda

Bernard Grech Miegħek għal Malta: Kampanja pożittiva li tnissel tama. Gvern ġdid Nazzjonalista jibda jaħdem mill-ewwel jum biex joħloq 10 setturi industrijali ġodda.

Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-ftuħ tal-Kampanja Elettorali bit-tema ‘Miegħek għal Malta’

Ser niġu għandkom b’kampanja pożittiva li tnissel tama ġdid f’pajjiżna. Dan huwa l-mument tal-Maltin biex niktbu flimkien paġna ġdida fejn nimxu ‘l quddiem fil-paċi u l-prosperita’.

‘Jien hawn, għas-servizz tiegħek. Mhux għax irrid il-poter, imma għax irrid inservi lill-poplu ta’ dan il-pajjiż uniku.’ qal Bernard Grech.

‘Il-ħolma tiegħi hija li jkollna pajjiż li jkun kburi u li jemmen f’niesu. Irridu pajjiż li jinkoraġġixxi lill-poplu tagħna li nsiru l-aqwa li nistgħu inkunu… fejn mill-aktar ambizzjużi sal-aktar vulbnerabbli ikunu mgħejuna jilħqu l-miri tagħhom.’

‘Għalhekk l-ewwel wegħda f’din il-kampanja elettorali hi li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jalloka biljun ewro biex noħolqu għaxar setturi ġodda għall-ekonomija Maltija.

Għalhekk Miegħek. Għal xogħol aħjar, għal opportunitajiet usa għal kulħadd.

‘Il-Gvern mhux talli ma kkreax setturi ekonomiċi ġodda, iżda poġġa f’riskju s-setturi li ħloqna aħna (servizzi finanzjarji, gaming, settur marittimu, ICT), bil-greylisting, bil-ħela u l-korruzzjoni.’

‘Irrid pajjiż li jkun magħruf bħala post fejn kulħadd jieħu gost jgħix fih – fejn
tabilħaqq nifhmu xi tfisser kwalitá tal-ħajja, dik li nsibu bilanċ xieraq mal-ambjent.’

‘Tħallu lil ħadd jgħidilkom li dan hu impossibbli. Kull kisba tidher impossibbli sakemm tintlaħaq.’

‘Temmnuhomx meta jgħidulkom li l-politiċi huma kollha l-istess. Aħna differenti bil-provi. Ejjew ningħaqdu lkoll, miegħek għal Malta!’ għalaq id-diskors tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

L-attivita politika li jmiss ser issir fi Pjazza San Ġorġ il-belt għada nhar it-tnejn fis-6pm.

Segwi d-diskors sħiħ f’din il-link: