Żewġt irġiel, wieħed ta’ 70 sena u ieħor ta’ 87 sena, huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19, bit-total ta’ mwiet għal din il-ġimgħa jilħaq l-ammont totali ta’ 17-il persuna.
Fl-ahhar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 77 każ ġdid ta’ Covid-19, b’42 persuna jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-virus.
Erbgħa pazzjenti jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jingħataw kura għal sintomi li qed jesperjenzaw.
Fl-istess waqt, tħabbar li bejn is-Sibt u l-Ħadd fiequ 157 persuna, sabiex b’hekk il-każi attivi issa qed jammontaw għal 816.
//= $special ?>