Lokali Qorti

Eġizzjan mixli b’fastidju sesswali

Eġizzjan, li jaħdem bħala kaħħal u li għandu 32 sena ma ngħatax il-ħelsen mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li ta fastidju sesswali lil tfajla ta’ 17-il sena.   Najah Agheez tressaq mill-Ispettur Stacy Gatt quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo

Huwa ġie mixli li wettaq reati umiljanti u degradanti fil konfront tat-tfalja, u dan  permezz ta’ diskors u mġieba perverta tiegħu. Huwa ilu jgħix Malta għal numru ta’ snin u s’issa għadu ma ngħatax l-istatus ta’ refuġat, li ma ghandux familjari fil-pajjiż u lanqas ghandu rabtiet ma’ Malta.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha biex huwa jinħeles mill-arrest minħabba l-gravità tal-każ u l-fatt li m’għandux rabta ma’ Malta. Il-Qorti qablet mal-prosekuzzjoni u ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest primarjament minħabba li l-Eġizzjan’għandux rabtiet mal-pajjiż.