Lokali

“Iktar ma ndumu fil-lista l-griza iktar ser ikollna effetti negattivi fuq in-negozji”

Il-Kamra tal-kummerċ qed tibqa’ tinsisti dwar l-importanza li Malta ma tibqax fil-lista l-Griża minħabba li qed tibqa’ taffettwa b’mod negattiv lin-negozji f’pajjiżna.

Waqt il-programm speċjali Net Live, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb saħqet li f’Malta hawn nuqqas kbir ta’ riżorsi fejn jidħlu in-negozji partikolarment fejn jidħol is-settur tat-turiżmu.