Elezzjoni 2022 Lokali

“Il-PN hu l-paġna l-ġdida li Malta għandha bżonn”

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino qal li l-bidu ta’ din il-kampanja elettorali hi xhieda ta’ kemm il-Partit hu lest biex ikun parti mill-bidla li għandu bżonn pajjiżna.

Michael Piccinino spjega li pajjiżna jixraqlu rispett u stima għax jixraqlu biss l-aħjar. Qal li din hi l-Paġna l-Ġdida li ilna nitkellmu dwarha – l-istess Paġna Ġdida li tista’ biss twassal għal pajjiż kburi bih innifsu. Hu propju għalhekk li Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista huma l-aħjar li għandhom bżonn Malta u Għawdex tagħna.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista qal li l-poplu qed jingħata opportunità oħra biex nieħdu lil Malta fit-triq tas-sewwa u d-dritt. Hu ghalhekk li, bil-konvinzjoni ta’ kulħadd, nemmnu li nistgħu flimkien nirnexxu għax hu biss Gvern immexxi minn Bernard Grech li jista’ jipprovdi viżjoni.

Michael Piccinino qal li l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd għax m’għandux il-lussu li juża’ lix-Xandir tal-Istat kif jaqbel lilu. Għaldaqstant, il-Partit għandu bżonn mhux biss għajnuna finanzjarja, iżda wkoll il-ħin ta’ kull min jixtieq ikun parti minn din il-kampanja.