Elezzjoni 2022 Lokali

“Il-PN se jindirizza l-uġigħ tal-poplu u se jiġġieled għal dawk fil-minoranza”

Ir-Rally infetħet minn Martina Caruana, il-President tar-Riċerka Politika tal-Partit Nazzjonalista, li qalet li ħadd mhu se jwaqqaf lill-Partit Nazzjonalista mill-ħidma tiegħu għax aktar ma l-Gvern jirrifjuta li jisma’ leħen il-poplu, il-Partit immexxi minn Bernard Grech aktar iwassal il-vuċi tiegħu.

Hi fakkret li l-Partit Laburista ħammrilna wiċċna, iżda Malta u Għawdex tagħna ma jixirqilhomx hekk. Minflok, pajjiżna jistħoqqlu lil Bernard Grech bħala l-Prim Ministru li jemmen fil-potenzjal ta’ kull wieħed u waħda minna.

Martina Caruana appellat lil dawk preżenti biex iħeġġu nies oħrajn iwieġbu għas-sejħa li qed jagħmel il-pajjiż għax pajjiżna hekk jixraqlu. Hu ghalhekk li din il-kampanja għandha tkun għall-Bandiera Maltija, li għandha tgħaqqadna lkoll.

Hi kkwotat lil Bernard Grech, li dejjem insista li min iħobb il-bidla, għandu jagħżel lill-Partit Nazzjonalista għax għalkemm it-triq hi twila u diffiċli, flimkien kapaċi naslu.