Illlejla, il-Prim Ministru Robert Abela għaldarboħra reġa’ ma wieġeb xejn dwar il-valur tad-deal li għamel maż-żagħżugħ Christian Borg li jinsab akkużat fil-Qorti b’rabta ma’ każ serju ta’ ħtif ta’ persuna.
Mistoqsi direttament minn Net News għat-tieni darba, Abela baqa’ ma qalx kemm għadda żmien bejn il-konvenju u t-trasferiment tal-plot f’Ħaż-Żabbar, u baqa’ jaħbi wkoll il-valur ta’ din il-proprjetà.
Christian Borg – l-allegat kriminal li kellu negozju fuq propjetà mal-Mexxej Laburista Robert Abela – uża karozzi lussużi biex jagħmel tajjeb għal propjetajiet b’valur ta’ aktar minn €2.5 miljuni. Is-Sunday Times of Malta żvelat dawn id-dettalji fl-aħħar minn sensiela ta’ żviluppi marbutin ma’ dan iż-żagħżugħ dwar propjetajiet li jinkludu penthouses bil-pixxina fil-Mellieħa u villa fl-istess lokalità, kif ukoll maisonette f’Marsaskala u penthouse b’garaxx fil-Baħrija. Dan f’nofs skandlu li kompla jheżżeż lill-Partit ta’ Robert Abela, b’esponenti fil-klikka tal-Leader sforzati jiddefenduh, fost oħrajn billi jirrepetu r-retorika tiegħu.
Il-gazzetta rrapportat li, minbarra Abela, diversi persuni prominenti oħrajn fil-Labour kellhom relazzjoni ta’ negozju mal-allegat kriminal, fosthom id-Deputat Ian Castaldi Paris u anke l-fotografu uffiċjali tal-Partit Joe Camenzuli. Fost il-karozzi li Christian Borg uża għal negozju dwar propjetà kien hemm Ferrari u anke Range Rover.
//= $special ?>

