It-tkaxkir tas-saqajn tal-Prim Ministru Robert Abela qed joħloq inċertezza hekk kif għadu qed jaħsibha dwar id-data tal-Elezzjoni Ġenerali.
Dan irrapportatu l-gazzetta Illum fil-ħarġa tal-Ħadd fejn ġie spjegat li ċ-ċivil jinsab “prattikament wieqaf”, bil-pjanijiet jinsabu blokkati għal kollox filwaqt li l-inċertezza fil-pajjiż u ankè fil-Partit Laburista qiegħda kull ma jmur tikber.
Sorsi qrib il-ġurnal spjegaw li Abela hemm ċans li tul il-jum tal-lum jgħajjat elezzjoni għas-26 ta’ Marzu, data li prattikament kienet waħda eskluża minħabba ż-żjara tal-Papa Franġisku bejn it-2 u 3 ta’ April….minkejja dan, ankè Ministri u uffiċjali għoljin fi ħdan il-Labour baqgħu jinsistu mal-Illum, li “Papa jew le l-elezzjoni se ssir fl-aħħar weekend ta’ Marzu”.
Għaldaqstant dawn is-sorsi qed jisħqu li l-Elezzjoni Ġenerali jaf tissejjaħ illum jew għada.
Bosta qrib il-Partit Laburista qed jinsistu li l-Prim Ministru Abela ma jistax jibqa’ jilgħab u jħalli pajjiż sħiħ fl-inċertezza…għaliex kollox jinsab wieqaf, fejn dan ikkonfermah Ministru stess li l-ġurnal ma kixifx ismu.
//= $special ?>