Ġiet fi tmiemha l-24 edizzjoni tal-Olimpjadi tax-Xitwa li saru f’Beijing fiċ-Ċina biċ-ċerimonja uffiċjali. Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach indirizza ċ-ċerimonja fejn sejjaħ lill-kapijiet politiċi madwar id-dinja sabiex jkunu eżempju ta’ paċi u solidarjeta’, fi żmien fejn it-tensjoni bejn l-Ukrajna u r-Russja qed tiskala.
Madwar 3,000 atleta ikkompetew f’109 avveniment fi 15-il dixxiplina differenti. Il-kontinġent Norveġiż temm l-Olimpjadi bl-aktar midalji tad-deheb, b’16-il midalja, segwiti mill-Ġermanja bi 12-il midalja u ċ-Ċina b’9 midalji tad-deheb.
Matul-iċ-ċerimonja il-President Bach għadda l-bandiera Olimpika lis-Sindku ta’ Milan Giuseppe Sala, li kien akkumpanjat mis-Sindku ta’ Cortina d’Ampezzo Gianpietro Ghedina, li flimkien se jkunu qed jospitaw l-edizzjoni li jmiss tal-Olimpjadi tax-Xitwa fl-2026.
//= $special ?>