Dan hu l-mument.
Dan huwa l-mument tagħna li nagħtu lil Malta paġna ġdida biex timxi ‘l quddiem fil-paċi u l-prosperita’.
Jien hawn, għas-servizz tiegħek. Mhux għax irrid il-poter, imma għax irrid inservi lill-poplu ta’ dan il-pajjiż uniku.
Il-ħolma tiegħi hija sempliċi. Irrid pajjiż li jkun kburi u li jemmen f’niesu.
Irridu ntejbu r-reputazzjoni għaliex pajjiż stmat biss jista’ jattira l-aqwa impjiegi u jagħti l-aqwa futur lil uliedna.
Irrid pajjiż li jinkoraġġixxi lill-poplu tagħna li jsiru l-aqwa li jistgħu jkunu… fejn
kemm l-iktar ambizzjużi u anke l-iktar vulbnerabbli ikunu mgħejjuna jilħqu l-miri tagħhom.
Irrid pajjiż li jkun magħruf bħala post fejn kulħadd jieħu gost jgħix fih – fejn
tabilħaqq nifhmu xi tfisser kwalitá tal-ħajja, dik li nsibu bilanċ xieraq mal-ambjent.
Tħallu lil ħadd jgħidilkom li dan hu impossibbli. Kull kisba tidher impossibbli sakemm tintlaħaq.
Temmnuhomx meta jgħidulkom li l-politiċi huma kollha l-istess.
Jien minix perfett. U lanqas mhu perfett il-Partit Nazzjonalista.
Imma filwaqt li ħaddieħor abbuża mill-fiduċja, seraqlek flusek u kisser isem Malta, aħna qattajna l-aħħar għaxar xnin nisimgħuk u nibnu l-viżjoni li jmiss għal dan il-pajjiż.
Aħna dejjem konna preżenti kull meta pajjiżna sejħilna – biex nibnu prosperitá fit-tul u nassiguraw li ħadd ma jibqa’ lura.
Għal darb’oħra, aħna lesti li nagħtukom l-aqwa verżjoni tagħna nfusna.
Għandna pjan mill-aqwa bbażat fuq il-bżonnijiet ta’ Malta u Għawdex.
Għandna tim ta’ nies enerġetiċi u kompetenti li lkoll qegħdin fil-politika għar-raġunijiet it-tajbin.
Aħna magħqudin għal Malta.
Aħna hawn għalik.
Din hija l-kampanja tiegħek.
Aħna miegħek.
Aħna miegħek għal Malta.
Kun magħna.