Kif ġie mgħarraf il-Kummissjoni Ewropea se tressaq lill-Gvern Malti quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja minħabba l-ammont kbir ta’ drenaġġ li qed jintrema’ mill-Gvern Malti fl-ibħra Maltin.
Il-ġimgħa li għaddiet ħadna ċans u saqsejna lill-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia dwar din il-materja, bil-Ministru jgħidilna biex insaqsu lill-kollega tiegħu Miriam Dalli, li skontu hija biss responsabbli dwar dan kollu.
F’tentattiv biex ikollna tweġiba fuq x’qed isir, bqajna bla ebda risposta, bil-Ministru tikkonferma li l-Gvern Laburista, li ilu fit-tmexxija disa’ snin, għal darb’oħra, fejn jidħol is-suġġett sensittiv tal-Ambjent, għadu bla pjan.
Filwaqt li l-ambjent marritimu Malti qed ibati l-konsegwenzi għal dan in-nuqqas tal-Gvern Laburista, il-gossip li l-Ministru rreferiet għaliha kienet din l-istqarrija li għamel il-kollega tagħha stess, il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia
Intant bil-qiegħa tkompli tisħon fil-Partit Laburista, Miriam Dalli ma ħassitx il-bżonn li tiddefendi lill-Prim Minisitru Robert Abela u l-iskandli li qed ikomplu jiġru warajh minħabba l-allegat kriminal, b’akkużi serji, il-ħabib tiegħu, Christian Borg, dan wara li evidenti li mhux kuntenta li l-mexxej tagħha se joħroġ fuq wieħed mid-Distretti li tikkontesta hi.
//= $special ?>