Lokali

PROGRAMM ĠDID: Frontline fuq NET TV

Minn għada se jkun qed jibda programm ġdid bl-isem ta’ Frontline fuq Net TV.

Dan se jkun qed jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:30 u l-10:00 ta’ filgħaxija bi preżentazzjoni ta’ Dione Borg.

Il-programm il-ġdid, li se jkun mifrux fuq il-ħames ġimgħat li ġejjin tul il-kampanja elettorali, se jkun qed jinvolvi dibattiti minn numru ta’ opinjonisti u ġurnalisti dwar ġrajjiet politiċi passati li ġraw fl-aħħar snin u wkoll dawk kurrenti.