Minn riċerka li saret fl-ahhar gimghat rigward il-kriminalita fil-pajjiż, jidher li fl-2021 saru madwar 15,700 rapport mal-Pulizija – li jfisser zieda fuq is-sena ta’ qabel.
Skont CrimeMalta Observatory, lura fl-2020 minħabba l-pandemija saru madwar 13,000 rapport mal-Pulizija. Dan jfisser li bejn l-2020 u l-2021 r-rata ta’ kriminalita żdiedet b’20.5%.
Jidher li l-miżuri tal-Covid, il-biża mill-pandemija u n-nuqqas fit-turiżmu wassal biex tonqos ħafna l-ammont ta’ kriminalita fil-pajjiż. Ghalkemm fit-tnax-il xahar ta’ wara…ir-rapporti regghu żdiedu.
Il-Pulizija rrapurtat li fl-2021 l-aktar każi li kienu rrapurtati mill-pubbliku kienu każi relatati ma’ serq, bl-ammont totali ta’ rapporti jkunu 4,478. It-tieni l-aktar każi rrapurtati kienu każi relatati ma’ ħsarat, bl-ammont totali ta’ 3,512-il rapport. U fejn jidħol frodi r-rapporti mal-Pulizija laħqu l-ammont totali ta’ 2,376.
Skont ir-riċerka li saret, fl-2021 l-għola rata ta’ rapporti saru matul ix-xhur ta’ Ġunju u Lulju meta l-gżejjer Maltin jkollhom numru addizzjonali ta’ turisti li jiġu jżuru lill-pajjiżna. Madankollu, l-aktar każijiet li żgur ħallew marka kienu iż-żewġ każijiet ta’ Omiċidju.
Matul is-sena 2021 rajna l-każ ta’ Isacc Kwabene ta’ 23 sena mill-Ghana li nqatel b’daqqiet ta’ sikkina fil-Marsa f’Ġunju li għadda. U l-każ ta’ Marcelino Montalban li wkoll inqatel b’daqqiet ta’ sikkina fil-Mellieha f’Lulju tal-2021.
Il-Pulizija għamlet referenza wkoll għal fatt li mhux talli qegħda tiżdied il-kriminalita fil-pajjiż, iżda qiegħdin jinnutaw żieda f’diversi każijiet fejn jidħlu rapporti ta’ reati sesswali kemm fuq adulti, kif ukoll fuq tfal…. b’46 każ ta’ abbuż fuq minuri jiġu rrappurtati fl-2021.
//= $special ?>