Issa uffiċjali – l-Elezzjoni Ġenerali se tkun qed issir fis-26 ta’ Marzu.
Wara xhur ta’ inċertezza u tkaxkir tas-saqajn minn naħa tal-Prim Ministru, Robert Abela ħabbar se jkun qed ixolxi l-Parlament…fost qalb ħafna għajjat u isteriżmu minn dawk preżenti għall-attivita politika il-Ħadd filgħodu.
F’dik li ħafna sejħulha bħala show of force lejn il-Mexxej tal-Labour taħt tinda fil-Furjana, b’diskors kontinwu biex inessu l-moviment li ħoloq l-eks Leader u eks Prim Ministru Joseph Muscat – l-isem Robert Abela kien stampat ma’ kull rokna tal-Fosos bil-wegħda ta’ Malta aħjar immexxija mill-Gvern Laburista, l-istess Gvern li daħħal lill-pajjiż fil-Greylist u li sal-lum għadu ma spjegax lill-poplu kif se joħorġu minnha. L-istess Gvern li ma ħoloqx niċċa ġdida ekonomika waħda… għajr għall-bejgħ tal-passaporti.
Il-Ħadd, Robert Abela ammetta li l-fatt li ħadd ma kien jaf meta ġejja l-elezzjoni ġenerali ħolqot inċertezza kbira qalb il-poplu, partikolarment fin-negozju – fejn filwaqt li minkejja li jum wara l-ieħor kien jagħti x’jifhem li se jagħmel sal-aħħar tal-leġiżlatura …anke minħabba pariri interni li ngħatawlu … issa, għal xi raġuni, hu għażel li jgħaġġel il-proċess lejn kampanja elettorali.
Il-leader Laburista li fl-aħħar ġimgħat spiċċa mifni bi kriżi interna wara l-oħra, fosthom bl-aħħar rivelazzjonijiet tal-midja indipendenti li taħt Gvern Laburista kien idawwar mat-€28,000 fix-xahar…u rabtiet ma’ gruppi ta’ kriminalita organizzata, Abela saħaq li dan il-Gvern, ironikament huwa l-forza tal-Governanza tajba li taħtu kulħadd jieħu li ħaqqu.
Madanakollu r-realtà hija ferm differenti minn hekk, hekk kif il-poplu għadu qed jistenna li l-inġustizzji li seħħew taħt tmexxija tal-Labour jiġu indirizzati.
Intant, il-kampanja elettorali tal-Labour tidher ċara abbażi ta’ xiex se tkun …. hekk kif Abela tul id-diskors tiegħu uża l-fatt tar-rilaxx tar-restrizzjonijiet mill-pandemija bħala karrotta għall-voti.
Fl-istess waqt, il-poplu għadu qed jisma l-wegħdi fierħa tal-Partit tal-Labour; wegħdi li nstemgħu minn xahar għall-ieħor, fejn filwaqt għadhom għaddejin ħafna diskorsi frivoli – tal-qalba għadhom qed igawdu mill-eluf, filwaqt li l-familji Maltin u Għawdxin għadhom bil-1.75 għall-għoli tal-ħajja.
//= $special ?>