Lokali

Vince Muscat bi protest ġudizzjarju kontra l-Avukat Ġenerali

L-Avukati ta’ Vince Muscat, il-Koħħu, fetħu protest ġudizzjarju kontra l-Avukat Ġenerali fejn żammewha responsabbli għal ksur ta’ drittijiet tal-klijent tagħhom.

Dan wara dak li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa fil-Qorti fejn Daren Debono magħruf bħala it-Topo rriffjuta li jixhex kontra persuni oħra barra Muscat wara li hu kien ingħata maħfra fuq parti mill-piena tiegħu b’rabta mal-involviment tiegħu fis-serqa tal-HSBC fl-2012.

Il-Qorti fetħet b’urġenza l-Ħadd waranofsinhar sabiex jiġi rreġistrat dan il-protest.

Wara l-patteġġjament li ntlaħaq bejn Daren Debonu u l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg li permezz tiegħu Debono ra tnaqqis fil-piena tiegħu bi skambju ma għax-xhieda tiegħu fil-Qorti. Madankollu fl-ewwel okkażjoni biex jixhed, Debono stqarr li ma jridx jagħti x-xhieda tiegħu bl-avukati tiegħu jiġġustifikaw dan billi qalu li ħadd ma jista’ jagħti tort lil Debono li qed jibża jixhed “għax dawn nies li jaslu”.

Issa l-avukati ta’ Vince Muscat qed iżommu lilk-Avukat Ġenerali responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tiegħu permezz tal-aġir ta’ Debono.