Lokali

Bernard Grech jirringrazzja lil tliet Deputati għas-snin ta’ servizz li taw lil pajjiżna u lill-Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jixtieq jirringrazzja lil Mario Galea, Clyde Puli u Kristy Debono għas-snin ta’ servizz tagħhom lejn il-pajjiż u l-Partit Nazzjonalista.

It-tlieta ddeċidew li ma jikkontestawx l-elezzjoni li jmiss, għal diversi raġunijiet personali. Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzjahom tal-appoġġ u l-kontribut kontinwu tagħhom u jawguralhom.