Waqt l-attività tal-Partit Nazzjonalista li qed issir fil-Belt Valletta, Claudio Grech ħabbar li mhux se jkun qed jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali li ġejja sabiex jagħti spazju lil uċuh ġodda.
Claudio Grech kien responsabbli mit-tfassil tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Grech enfasizza l-importanza li fil-Partit Nazzjonalista jibqa’ jkun hemm demm ġdid u żagħżugħ u ħa dan il-pass biex ikun hemm opportunità għal aktar kandidati ġodda. Hu saħaq li se jibqa’ jaħdem flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista biex iressaq quddiem il-poplu programm li jagħti futur aħjar lil dan il-pajjiż.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil Claudio Grech tal-ħidma tieħgu fil-Partit li kif ikkonferma Bernard Grech u anke Claudio Grech innifsu se jkun qed jibqa’ fil-Partit Nazzjonalista. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja u sellem ukoll lil Clyde Puli, Kristy Debono u Mario Galea li matul il-jum iddeċidew ukoll li jagħtu spazju għal demm ġdid.
Intant, fil-Belt tħabbar li fuq l-1 Distrett mal-lista tal-kandidati tal-PN żdied Christian Micallef.