Coronavirus Lokali

COVID-19: Żewġ vittmi oħra; il-każijiet attivi jinżlu għal 765

Bejn il-Ħadd u t-Tnejn, mietu żewġt irġiel oħra kawża tal-Covid-19. Huma kellhom 68 u 78 sena. It-total ta’ vittmi fil-gżejjer Maltin issa jgħoddu 598.

Fl-istess perjodu ta’ 24 siegħa fiequ 123 persuna filwaqt li 74 persuna rriżultaw pożittiv għall-virus.

Bħalissa hemm 47 pazjent pożittiv għall-Covid fl-isptar Mater Dei, bi tlieta minnhom qed jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva.