Ekonomija Elezzjoni 2022 Kummerċ Lokali Proposti

Dawn huma l-għaxar setturi ekonomiċi ġodda li se joħloq Gvern ġdid Nazzjonalista

Dawn huma l-għaxar setturi ekonomiċi ġodda li Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħtihom prijorità:

  • Investimenti bbażati fuq metaverse;
  • Servizzi ta’ compliance u due diligence;
  • Manifattura avvanzata u speċjalizzata;
  • Ipprintjar 3D;
  • Applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali;
  • e-sports;
  • Produzzjoni ta’ video games;
  • Industrija tal-isports;
  • Tisħiħ tas-settur tal-enerġija;
  • Intrapriżi soċjali.

F’kull wieħed minn dawn is-setturi Gvern ġdid Nazzjonalista jara li jkun hemm l-inċentivar tas-settur tal-ospitalita’ biex jiżdied il-valur miżjud ta’ kull settur.

Il-fond ta’ biljun ewro huwa maħsub li jixpruna t-twaqqif ta’ dawn is-setturi ġodda filwaqt li jgħin fit-tisħiħ tas-setturi eżistenti b’enfasi speċjali fuq l-avjazzjoni, manifattura lussuża, gaming, servizzi finanzjarji, life sciences u teknoloġija. Il-fond ser ikun nofsu mħallas minn fondi pubbliċi, anke permezz ta’ depożiti rieqdin f’istituzzjonijiet finanzjarji, u nofsu permezz ta’ self għal żvilupp ekonomiku minn istituzzjonijiet lokali u barranin.

L-ebda taxxa tal-capital gains mhu se titħallas fuq il-profit iġġenerat mill-investiment, filwaqt li l-Gvern se jinċentiva lill-investituri billi jħallas l-imgħax fuq is-self.