Lokali

Ħabta bejn 6 karozzi tħalli żewġt irġiel l-isptar

Kolliżjoni bejn żewġ karozzi spiċċat biex karozza minnhom daħlet f’erba’ vetturi oħrau ħalliet żewġt irġiel bi ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ fil-11.15 ta’ dalgħodu fi Triq Papa Piju V, il-Belt Valletta.

Jidher li Opel Corsa misjuqa minn raġel ta’ 91 sena minn San Ġwann ħabtet ma’ Honda Civic misjuqa minn Ingliża ta’ 66 sena minn Ħal Lija. Riżultat ta’ dan l-inċident l-Opel Corsa li fiha kien hemm passiġġier raġel ta’ 84 sena laqtet erba’ vetturi pparkjati.

Tim mediku mar fil-post tal-inċident u ta l-ewwel għajnuna, filwaqt li ambulanza ħadet lill-irġiel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.