Daren Debono ġie kundannat sitt xhur ħabs u mmultat €4,600 talli rrifjuta li jonora l-kundizzjonijiet tal-ftehim tiegħu mal-prosekuzzjoni biex jixhed fil-kumpilazzjoni ta’ Vince Muscat bħala “Il-Koħħu”. L-avukat tiegħu, Edward Gatt, qal li kien qed jagħti avviż ta’ appell hekk kif is-sentenza ngħatat mill-Maġistrat Victor Axiak kmieni t-Tnejn filgħodu.
Daren Debono magħruf bħala “It-Topo kien kien tressaq il-Qorti quddiem il-Qorti nhar il-Ġimgħa minħabba r-rifjut tiegħu, waqt li kien taħt ġurament, li jidentifika l-kompliċi tiegħu kollha fis-serqa armata tal-HSBC tal-2010. Debono ġie mixli wara li ġie mħarrek biex jixhed waqt seduta li saret il-ġimgħa li għaddiet fil-kumpilazzjoni ta’ provi kontra Vincent Muscat dwar il-hold-up.
F’dik is-seduta, Debono kien irrifjuta min-naħa tiegħu li jixhed wara li kienn ikkundannat 10 snin u nofs ħabat wara li lejliet il-ġuri ta’ Vince Muscat kien ammetta bi tpattija għal xhieda li kellu jagħti, u ta’ dan akkuża ta’ attentat ta’ qtil fuq membri tal-Korp tal-Pulizija ġiet ridotta għal waħda ta’ attentat ta’ ferita gravi.
Mill-pedana tax-xhieda, Debono kien insista li kien se jixhed biss kontra Muscat u mhux se jsemmi lill-kumplament tal-kompliċi tiegħu, filwaqt li qal lill-Qorti li beża għas-sigurtà tal-familja tiegħu. Parti mill-każ dwar dan l-akkużi saru bil-bibien magħluqa, fejn huwa mifhum li ntqalu dettalji fil-Qorti dwar it-theddida kontra Debono, li wieġeb ħati tal-akkużi tal-lum li rrifjuta ordni tal-Qorti biex jixhed fejn kien mixli wkoll li sar reċediv.
Il-ġimgħa l-oħra kopja tas-sentenza li sabitu ħati li pparteċipa fil-hold up tal-2010 ġiet esebita biex tissostanzja din l-aħħar akkuża. Għal Debono dehru l-avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila. L-Ispettur Mario Xiberras mexxa l-prosekuzjoni.