Jibqgħu żżommuh mistur.
Il-Kuntratt li Robert Abela kellu mal-Awtorità tal-Ippjanar sa issa għadu mhux ippubblikat. Dan wara li ġie żvelat li l-Prim Ministru kien jitħallas 28,000 ewro fix-xahar u mhux 17,000 ewro fix-xahar.
Fl-aħħar ħin erġajna għamilna tentattiv b’domandi diretti minn Net News lill-Ministru responsabbli mill-Ippjanar Aaron Farrugia… iżda għal darba oħra, dan baqa’ ma weġibx.
Il-verita hi….li meta affrontat bid-domandi tagħna, il-Ministru baqa’ ma weġibx u qalilna li kien wieġeb darb’oħra.
Analisti politici qalu illi dan il-kuntratt ta’ eluf ta’ ewro li Abela kien jaqla’ kull xahar, jikkonferma kemm il-Prim Ministru hu maqtugh mir-realtà.
//= $special ?>