L-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti resqet mhux inqas minn 23 proposta għall-Manifesti Elettorali tal-Partiti Politiċi għall-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2022:
Dawn jinkludu:
a) li tiġi riveduta s-sistema ta’ kif tiġi kkalkulata l-COLA;
b) li tittieħed azzjoni sabiex l-azjani jsiru aktar familjari fl-użu tal-kompjuters;
c) li jiġi indirrizat n-nuqqas kbir fir-‘Riforma’ tal-pensjonijiet meta l-pensjonanti ġew maqsuma f’żewġ klassijiet;
d) li tiżdied il-Pensjoni Minima Nazzjonali, li kif inhi llum mhix adegwata u ma tħallix lil dak li jkun jgħix b’mod dinjituż, sabiex jikber id-dħul ta’ dawn il-pensjonanti, filwaqt li tkompli l-glieda kontra l-faqar;
e) li tiġi risolta l-kwistjoni antika tal-Pensjoni tas-Servizz;
f) li nisa miżżewġa bit-tfal li jirritornaw għax-xogħol ma jkunux mċaħħda milli jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet kollha li jieħdu nisa oħra li jibqgħu jaħdmu;
g) li l-Bonds+62 tal-Gvern li ħarġu speċifikament għal persuni anzjani jkunu b’imgħax favorevoli u li ma jkunux taxxabbli;
h) li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jingħata r-riżorsi u l-mezzi kollha meħtieġa biex isiru ir-re-assesments tal-pensjonijiet;
i) li tkun indirizzata t-trawma li għaddew minna ħafna anzjani minħabba l-pandemija COVID 19;
j) li titnaqqas it-taxxa ta’ 15% fuq imgħax minn kontijiet bankarji u investimenti;
k) li l-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali tibda titħallas gross;
l) li tiġi irriveduta s-sistema attwali dwar kif jinħarġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, bi proposta li jkun hemm skont fuq il-kontijiet fejn jgħixu persuni 60+;
m) li jkompli jingħata u jiġi estiż skont fuq biljetti tad-dħul għall-attivitajiet kulturali u ta’ divertiment;
n) li jkun hemm sistema b’xejn jew bi ħlas issussidjat sabiex l-ikel ippreparat fir-restoranti jitwassal lill-anzjani fi djarhom;
o) li jkun hemm kontrol fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Banek sabiex dawn ma jaffettwax ħażin lill-anzjani;
p) li jingħata taħriġ u għajnuna finanzjarja sabiex l-anzjani jkunu jistgħu jagħmlu użu tajjeb minn servizzi ta’ informatika;
q) li jkomplu jitjieb u jissaħħaħ il-Home Help Service billi jsir aktar investiment u jiġu allokati iżjed riżorsi;
r) li jsir sforz biex tkun eliminata d-diskriminazzjoni minħabba l-età, b’mod partikulari meta anzjan jiddeċiedi li jerġa jibda jaħdem;
s) li jkun eliminat il-faqar, speċjalment dak assolut;
t) li t-trasport b’karozza bejn Malta u Għawdex ikun bla ħlas għall-anzjani Maltin u Għawdxin;
u) li jkunu introdotti skemi biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità permezz ta’ kumpens lil dawk li jkunu qed jieħdu ħsiebhom;
v) li d-dħul fid-djar tal-anzjani tal-gvern isir b’mod trasparenti;
w) li jiġi rrivedut l-ammont li wieħed ma jistax jaqla’ sabiex jibqa’ eliġibbli għall-Pensjoni tal-Irtirar, jekk kemm-il darba dan ikun waqaf jaħdem ta’ 61 sena.
//= $special ?>