Elezzjoni 2022 Lokali

‘Miegħek. Għal Malta’ – l-ewwel billboards tal-Partit Nazzjonalista

Immedjatament malli tħabbret id-data tal-elezzjoni, fit-toroq ta’ Malta u Għawdex bdew telgħin l-ewwel billboards tal-PN billboards li jirriflettu l-messaġġ tal-kampanja ‘Miegħek. Għal Malta’

Xhieda ċara li l-Partit Nazzjonalista kien preparat għall-mument kif Robert Abela jiddeċiedi li jsejjaħ elezzjoni.

Hekk kif tħabbar l-islogan Miegħek. Għal Malta kienet inkoraġġanti ferm ir-reazzjoni ta’ bosta għal messaġġ pożittiv li qed iwassal il-Partit, messaġġ li jindirizza lil kull Malti u Għawdxi u li jassigura ħidma għall-poplu u għall-pajjiż.

Il-kampanja elettorali bdiet uffiċjalment it-Tnejn, wara li l-Ħadd Robert Abela kellu jagħmel u-turn oħra u jħabbar elezzjoni għal Marzu minflok kif kien il-ħsieb tiegħu li jibqa’ għaddej sa’ Ġunju.

Minkejja dan, il-Partit Nazzjonalista, kien lest mhux biss bil-billboards f’diversi lokalitajiet u bil-banners mat-toroq, imma eżatt wara li Abela ħabbar li kien se jmur għal il-President biex ixolji l-Parlament, beda programm speċjali fuq Net TV, li tulu saru diskussjoniet u messaġġi minn għadd ta’ kandidati kif ukoll uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista.