Wara t-telfa ta’ Inter kontra Sassuolo u d-draw ta’ Milan kontra Sampdoria, Napoli naqsu milli japprofittaw billi jgħelbu lil Cagliari tant li skont l-andament tal-partita jistgħu jqisu r-riżultat finali bħala punt mirbuħ. Napoli laħqu lil Inter fit-tieni post b’54 punt iżda b’partita aktar filwaqt li Cagliari baqgħu fit-18 il-post bi 18 il-punt iżda laħqu lil Venezia. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima . Fit-58 minuta b’sorpriża Cagliari fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Alessandro Deiola kien GASTON PEREIRO li għeleb lil David Ospina. Reazzjoni immedjata minn Napoli li iżda kellhom jistennew sas-87 minuta biex jiksbu l-gowl tad-draw. Pass ta’ Mario Rui lejn VICTOR OSIMHEN li għeleb lil Alessio Cragno għal 1 – 1.
Wara serje ta’ riżultati negattivi Bologna kisbu tlett punti importanti li permezz tagħhom bid-disa’ rebħa tal-istaġun telgħu fit-12 il-post fil-klassifika b’31 punt daqs Empoli. Wara biss 11 il-minuta Spezia fetħu l-iskor. Gowl minn REY MANAJ li minn azzjoni ta’ Arkadiusz Reca għeleb lil Lukasz Skorupski. Minkejja dominju assolut minn Bologna, kien biss fl-40 minuta li kisbu l-gowl tad-draw. Azzjoni ta’ Musa Barrow lejn MARKO ARNAUTOVIC li għeleb lil Ivan Provedel bil-gowl ikun konvalidat bil-VAR mir-referee Livio Marinelli. Il-pressjoni minn Bologna matul it-tieni taqsima kibret bir-riżultat li fl-84 minuta rduppjaw. Mill-ġdid ARNAUTOVIC li minn pass ta’ Nicola Sansone għeleb lil Provedel u għalaq il-partita.
SERIE A
Illum: Cagliari v Napoli 1-1, Bologna v Spezia 2-1
//= $special ?>