Chris Cassar
ST. GEORGE’S ……………….. 0
RABAT A. ……………………… 3
St. George’s: L. Saliba, M. Freitas Da Silva, I. Abela, R. Cutajar, G. Sultana, R. De Fex, Z. Bowman, R. Sammut, N. Borg, L. Chiedozie, L. Cutajar.
Rabat A: J.M. Vella, M. Aquilina, B. Micallef, L. Vella, D. Falzon, M.A. Bustos, K. Muscat, W. Borg, Z. Tanti, D. Todorovski, M. Akingboye.
Referee: Daniel Portelli
Rabat skorjaw tliet gowls fi spazju ta’ tmien minuti fil-bidu tat-tieni taqsima biex għelbu lil St. George’s u b’hekk baqgħu jittamaw li jistgħu iżommu posthom, anki jekk is-siwazzjoni ta’ Rabat xorta waħda tibqa’ ferm u ferm diffiċli.
Fl-ewwel taqsima St. George’s kienu xi ftit iktar avventurużi mill-avversarji tagħhom. Fil-verita’ l-azzjonijiet perikolużi kienu verament ftit u kienu l-iktar minn naħa ta’ St. George’s. Il-goalkeeper Rabti Vella salva freekick ta’ Sammut u fil-35 minuta Chiedozie qassam tajjeb millemin lejn Nick Borg li b’daqqa ta’ ras sabiħa impenja lil Vella.
Fil-bidu tat-tieni taqsima fl-ewwel azzjoni perikoluża tagħhom Rabat fetħu l-iskor meta Todorovski skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin. Żewġ minuti wara u l-iskor sar 2-0 hekk kif Larens Vella qassam fil-baxx lejn Todorovski li minn żewġ passi bogħod kompla għal ġewwa.
Fil-55 minuta b’azzjoni identika Rabat skorjaw it-tielet gowl. Ġirja ta’ Larens Vella fuq illemin u pass lejn Akingboye li mill-viċin ma setax ifalli.
Żebbuġ isaħħu l-ewwel post b’gowl ta’ Miloskovic
ST. ANDREWS …………………… 0
ŻEBBUĠ R. ………………………. 1
St.Andrew’s: M. Montfort, J. Sixsmith, I. Azzopardi, M. D’Alessandro, W. Camilleri, A. Nilsson, J. Farrugia, Z. Muscat, A. Borg Olivier, M. Muscat, L.A. Borg.
Żebbuġ R: J. Azzopardi, S. Bugeja, T. Bartolo, Y. Tonna, A. Mizzi, M. Perez Jimenez, S. Diacono, R. Vella, J. Sciberras, S. Miloskovic, G. Gesualdi.
Referee: Daniel Casha
Żebbuġ għamlu pass ieħor lejn il-promozzjoni meta għelbu lil St. Andrews 1-0, gowl skorjat minn Miloskovic fl-ewwel taqsima. Ma kinitx l-aħjar wirja tal-leaders li ngħataw battikata mis-saints li bi ftit iktar attenzjoni setgħu kisbu wkoll punt.
Kient logħba b’żewġ uċuħ fejn Żebuġ kienu aħjar fl-ewwel taqsima bis-Saints ikunu aħjar fit-tieni waħda, fejn iż-żewġ timijiet esprimew ruħhom aħjar meta kienu kontra r-riħ.
Ir-riħ qawwi kien il-fattur dominanti f’din il-logħba, fejn Żebbuġ bdew l-ewwel taqsima kontra r-riħ u minkejja dan xorta waħda kienu dominanti anki jekk is-Saints bdew xi ftit aħjar. Wara ftit minuti Żebbuġ ħadu l-kontroll tal-logħba u fis-16-il minuta fetħu l-iskor meta xutt ta’ Diacono kien imxellef f’saqajn Miloskovic li mill-ewwel spara fix-xibka.
Ftit wara Miloskovic qassam lejn Perez li iżda ma rbnexxielux idawwar il-ballun fix-xibka. Man nofs siegħa St. Andrews għal ftit ma kisbux id-draw wara żball fid-difiża ta’ Shaun Bugeja, iżda kien l-istess plejer li rkupra biex evita gowl ċert.
Bir-riħ kontra St. Andrews bdew aħjar u Azzopardi wettaq save tajjeb fuq xutt ta’ Borg Olivier. Il-logħba baqgħet fuq l-istess andament f’din it-taqsima bis-Saints jaqsmu l-logħob u Żebbuġ li ma jirnexxielhomx jiskorjaw it-tieni gowl biex jagħlqu l-logħba.
Fil-81 minuta azzjoni tajba ta’ St. Andrews fejn Alan Borg Olivier kompletament żmarkat ma rnexxielhux jegħleb lil Azzopardi.
//= $special ?>