“Aħna l-ewwel niżirgħu ż-żerriegħa li permezz tagħha noħolqu l-ġid u wara nkomplu ninvestu biex inti timxi ‘l quddiem. Se nallokaw biljun ewro biex noħolqu għaxar setturi ekonomiċi ġodda.”
Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar għaxar setturi ekonomiċi ġodda:
- Investimenti bbażati fuq metaverse;
- Servizzi ta’ compliance u due diligence;
- Manifattura avvanzata u speċjalizzata;
- Ipprintjar 3D;
- Applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali;
- e-sports;
- Produzzjoni ta’ video games;
- Industrija tal-isports;
- Tisħiħ tas-settur tal-enerġija;
- Intrapriżi soċjali.
Huwa qal li Gvern ġdid Nazzjonalsita jwiegħed li t-taxxi kollha li akkumulaw matul il-pandemija jitħallsu fuq perjodu ta’ tmien snin. Dan bi skop li ngħinu lin-negozji minħabba problemi ta’ cash flow. Se naħdmu wkoll għall-ġid tal-korpi dixxiplinati – dawk il-persuni li jixtiequ jibqgħu jagħtu servizz lin-nazzjon jistgħu jibqgħu jaħdmu – minbarra li jieħdu l-paga jieħdu wkoll il-pensjoni.
Bernard Grech qal li Gvern imexxi mill-PN iroddlok lura dak li nsteraq minnek minn dan il-Gvern – kemm fejn jidħlu l-ħlasijit tat-taxxa u anke fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Huwa qal li rridu ntejbu l-inċentivi ta’ dawk kollha li jagħżlu l-isport bħala l-karriera tagħhom.
Bernard Grech qal li lbieraħ ħabbar l-ewwel proposta b’saħħitha b’viżjoni għal din il-kampanja. “Aħna l-ewwel niżirgħu ż-żerriegħa li permezz taghhħa noħolqu l-ġid u wara nkomplu ninvestuh biex inti timxi ‘l quddiem. Se nallokaw biljun ewro biex noħolqu għaxar setturi ekonimiċi ġodda. Dan il-ġid se noħolquh biex inti tkompli tikber. “
Bernard Grech semma dawn l-għaxar setturi ġodda fosthom il-produzzjoni tal-video games, tisħiħ fl-enerġija, esports, metavers, compliance due diligence, manafittaura, robotika u printjar 3D, Huwa qal li dawn il-biljun ewro se jkunu l-pedament biex tkompli tikber l-ekonomija ta’ pajjiżna, hekk kif f’dawn l-aħħar snin ir-reputazzjoni ta’ Malta spiċċat ittappnet minħabba l-grey listing. Gvern ġdid Nazzjonalista jrid li kulħadd jimxi ‘l quddiem.
Huwa qal li dan huwa l-mod kif aħna se nsaħħu dan il-pajjiż u nkomplu niġġerenaw il-ġid.
//= $special ?>