Il-vulkan Etna, li hu l-akbar u l-aktar vulkan attiv fl-Ewropa, mill-ġdid qed ibewweġ id-dħaħen u l-ġmied, bl-awtoritajiet fil-viċinanzi qegħdin jieħdu l-prekawzjonijiet kollha possibbli.
Id-dħaħen u l-ġmied li ħerġin mill-vulkan qed jisparaw sa għoli ta’ ħdax-il kilometru fejn wasslu wkoll għall-għeluq tal-ajruport ta’ Katanja li tinsab fl-istess zona. Dan waqt li r-riħ qawwi qed imexxi l-isħab tal-ġmied minn fuq il-belt ta’ Katanja. Ir-rapporti qalu wkoll li niżel il-materjal vulkaniku fuq numru ta’ bliet u villaġġi fil-madwar tal-Etna li jinkludu Nicolosi, Trecastagni, Pedara, Aci Sant’Antonio u San Gregorio.
Mistenni li l-vulkan se jarmi kwantità ġdida ta’ lava fis-sigħat li jmiss, bl-esperti jtennu li l-aħħar żbroff qed jirrifletti fażi ġdida tal-attività vulkanika li bdiet madwar sena ilu.
//= $special ?>