Lokali Qorti

Tlieta kundannati sitt xhur ħabs fuq dokumenti foloz

Tliet persuni ntbagħtu l-ħabs wara li ppreżentaw lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni b’dokumenti tal-ivvjaġġar foloz. Fl-ewwel minn żewġ akkużi separati quddiem il-maġistrat Noel Bartolo, l-ispettur Lara Butters akkużat liċ-ċittadini Ċiniżi Rong Xie u Deyu Jia li kellhom fil-pusses tagħhom u użaw dokumenti foloz.

Xie ta’ 36 sena, u Jia ta’ 43, kienu waslu Malta fl-20 ta’ Frar abbord titjira mill-Greċja. Butters qalet lill-Qorti li l-akkużati kienu arrestati wara li ppreżentaw karti ta’ residenzi Taljani foloz lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. Fit-tieni akkuża, Adel Said ta’ 21 sena mis-Sirja, ffaċċja akkużi simili, flimkien ma’ akkuża addizzjonali li għamel dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni.

Il-Qorti semgħet kif Said kien inqabad ukoll fl-20 ta’ Frar mal-wasla fuq titjira mill-Greċja. Huwa kien ippreżenta karta tal-identità Belġjana li kienet inħarġet lil persuna oħra, qalet l-Ispettur Butters. L-akkużati ammetew u t-tlieta li ġew ikkundannati sitt xhur ħabs. L-avukat Martin Fenech deher bħala avukat tal-għajnuna legal tal-akkużati.