Waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-bini tar-Rialto, il-Prim Ministru ħarab għal darb’oħra milli jwieġeb dwar ir-rabta tiegħu mal-allegat kriminal Christian Borg.
Mistoqsi biex jikkjarifika d-dubji li qamu fl-aħħar ġimgħat, Abela għażel li infexx f’attakk negattiv fuq il-Partit Nazzjonalista.
Hu ġie mistoqsi jekk ir-rabta tiegħu ma Christian Borg ġibditx l-attenzjoni tal-Kamra tal-Avukati. Iżda ankè hawn, Abela ddeċieda li ma jweġibx.
