Lokali

“Charles uża l-mużika biex itaffi n-niket tal-ħajja”

“Charles uża l-mużika biex itaffi n-niket tal-ħajja… u t-talent tiegħu użah biex ferraħ tant nies.”

B’dan il-mod ġiet deskritta ħajjet Charles Gatt, meqjus bħala ‘missier il-jazz’ f’pajjiżna waqt il-funeral li sar it-Tlieta waranofsinhar fil-Bazilika tal-Mosta…fejn saret referenza b’mod speċjali għall-fatt li Charles kien meqjus bħala leġġenda tal-mużika u kien ta influwenza fuq il-ħajja u l-karriera ta’ ħafna.

Dan filwaqt li Charles warrab il-ħażen billi dejjem mexa mal-valur li jerfa’ l-ispirtu u jferraħ lil dawk ta’ madwaru.

Charles Gatt, maghruf bhala is-City, kien il-fundatur tal-Malta Jazz Festival u serva bħala direttur mużikali ta’ dan l-avveniment bejn l-1991 u l-2005.

Charles Gatt studja l-mużika f’Boston fl-Istati Uniti, bis-snin ta’ wara għamel suċċess f’dan il-qasam, fejn fost l-oħrajn daqq f’diversi pajjiżi ma’ artisti bħal Bobby Shew, Albert Mangelsdorff, Steve Coleman u ma’ National Youth Orchestra tal-Ingilterra.

Gatt twieled fiż-Żebbiegħ fis-16 ta’ Ġunju tal-1944. Apparti l-mużika, Charles kellu passjoni għall-arti tant li kien jgħallem l-arti bejn l-1968 u l-1975.

Preżenti għall-funeral kien hemm il-Viċi Kap tal-PN, David Agius fost numru ta’ deputati u kandidati oħra tal-Partit.