Futbol Sport

Chelsea jegħlbu lil Lille… Juventus miżmuma fi draw minn Villarreal

(Ritratt: EPA)

Fi Stamford Bridge Chelsea kisbu rebħa komda ta’ 2-0 fuq Lille fl-ewwel leg tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League. Chelsea fetħu l-iskor fit-8 minuta meta minn corner ta’ Hakim Ziyech kien il-Ġermaniż Kai Havertz li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Fit-tieni taqsima Chelsea rdoppjaw meta fit-63 minuta kien N’Golo Kante li għadda tajjeb lejn Christian Pulisic li kkonkluda fix-xibka għal 2-0.

Fil-partita l-oħra, f’Estadio de la Ceramica, Villarreal u Juventus temmew fi draw ta’ 1-1. Juventus fetħu l-iskor wara biss 32 sekonda meta minn pass fit-tul ta’ Danilo, kien Dusan Vlahovic li skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-UEFA Champions League, fid-debutt tiegħu fl-istess kompetizzjoni. Villarreal kisbu l-gowl tad-draw fis-66 minuta meta minn cross ta’ Etienne Capoue kien Daniel Parejo li xeħet fix-xibka għal 1-1.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Round tal-Aħħar Sittax: Illum: Chelsea v Lille 2-0, Villarreal v Juventus 1-1, Għada: Atletico Madrid v Man Utd 9.00pm, Benfica v Ajax 9.00pm