Mara ta’ 46 sena hija l-aħħar vittma tal-Covid-19, bit-total ta’ vittmi fil-gżejjer Maltin issa huwa ta’ 599.
Bejn it-Tnejn u t-Tlieta pajjiżna rreġistra 90 każ ġdid ta’ Covid-19, b’50 persuna jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-virus. Dan filwaqt li tliet pazjenti jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jingħataw kura għal sintomi li qed jesperjenzaw.
Fl-istess waqt, tħabbar li fl-aħar 24 siegħa fiequ 91 persuna, sabiex b’hekk il-każi attivi issa qed jammontaw għal 763.
//= $special ?>