“Chris Scicluna għex ħajtu bħal melodija…u dejjem għex bit-tbissima ma taqta’ xejn, tant illi baqa’ jferrah lil dawk ta’ madwaru anke fl-iktar żmien diffiċli għalih.” Hekk ġie deskritt Chris Scicluna waqt il-funeral li sar it-Tlieta filgħodu fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Balluta.
Chris kien imfisser bħala persuna li minkejja li ħajtu ntemmet kmieni wisq, hu xorta waħda għamel ċert li jagħmel il-ġid u wera l-imħabba tiegħu lejn kull individwu… bil-legat tiegħu se jibqa’ ħaj fost dawk għeżież għalih.
Chris Scicluna, jibqa’ magħruf b’mod speċjali għas-sehem tiegħu fil-Eurovision Song Contest fl-1994… flimkien mal-mara tiegħu Moira Stafrace.
Moira u Chris kienu wkoll awturi tal-kanzunetta Believe in Peace, li kienet kantanta minn Times Three u li wkoll irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1999 f’Ġerusalemm. Chris kien beda l-istudji mużikali tiegħu ta’ età żgħira u fiż-żgħożija tiegħu għamel snin twal ikanta freelance fir-Renju Unit.
Lura f’Malta kien attiv sew fix-xena mużikali u kien propju waqt il-Malta Song Festival tal-1993 li ltaqa’ ma Moira, biex sena wara kkontestaw dan il-festival bħala dwett. Huma rebħu l-festival, biex f’Mejju f’Dublin ikklassifikaw fil-ħames post.
//= $special ?>